Neymar esprima d-diżappunt tiegħu talli ma kienx inkluż mill-kowċ nazzjonali tal-Brażil, Carlo Ancelotti fil-lista tas-Seleção għaż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija li l-iskwadra nazzjonali mill-Amerika t’Isfel se tkun qed tilgħab fil-jiem li ġejjin.
Il-plejer ta’ 34 sena, li ilu barra mit-tim nazzjonali minn meta weġġa’ l-irkoppa f’Ottubru tal-2023, qal li għadu ffukat u determinat biex jerġa’ jikseb postu u jkun magħżul fl-iskwadra finali Brażiljana għat-Tazza tad-Dinja li se ssir fis-sajf li ġej.
Ancelotti spjega li Neymar għadu mhux mija fil-mija tal-kundizzjoni fiżika tiegħu, iżda ma eskludiex li jista’ jkun parti mit-tim jekk jerġa’ jilħaq il-livell tiegħu.
Il-kowċ Taljan sejjaħ lil Endrick, li qed jispikka ma’ Lyon, għall-ewwel darba, filwaqt li Igor Thiago ta’ Brentford, kien imsejjaħ għall-ewwel darba fl-għażla tat-tim nazzjonali Brażiljan.
L-attakk tal-Brażil se jkun immexxi minn Vinícius Júnior u Raphinha, b’Casemiro jkompli jifforma parti mit-tim.
Ancelotti żvela wkoll li jinsab qrib li jġedded il-kuntratt tiegħu mal-Federazzjoni Brażiljana sal-2030.
Il-Brażil jibda l-kampanja tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Marokk fit-13 ta’ Ġunju, u fl-istadju tal-gruppi se jkunu qed jilgħabu wkoll kontra Iskozja u Haiti.
L-iskwadra kollha magħżula minn Ancelotti hi din:
Goalkeepers: Alisson (Liverpool), Bento (Al Nassr), Éderson (Fenerbahce).
Difensuri: Alex Sandro (Flamengo), Bremer (Juventus), Danilo (Flamengo), Douglas Santos (Zenit), Gabriel Magalhães (Arsenal), Ibañez (Al-Ahly), Léo Pereira (Flamengo), Marquinhos (PSG), Wesley (Roma).
Midfielders: Andrey Santos (Chelsea), Casemiro (Manchester United), Danilo (Botafogo), Fabinho (Al-Ittihad), Gabriel Sara (Galatasaray).
Attakanti: Endrick (Lyon), Gabriel Martinelli (Arsenal), Igor Thiago (Brentford), Luiz Henrique (Zenit), Matheus Cunha (Manchester United), Raphinha (Barcelona), Rayan (Bournemouth), Vinícius Júnior (Real Madrid), João Pedro (Chelsea).
//= $special ?>

