Brentford 2 Wolves 2
Minn partita li Brentford dehru li għalqu kmieni għal reazzjoni minn Wolves li wasslithom biex kisbu punt minn partita mitlufa. Riżultat li ma jgħamel ebda tibdil fil-klassifika fejn fi tmiem it-30 ġurnata tal-Kampjonat, fejn Brentford baqgħu fis-7 post b’45 punt u Wolves fl-aħħar post bi 17-il punt.
Bi Brentford fil-G.Tech Community Stadium, ikollhom xejn anqas minn 62 % pussess fl-ewwel fażi tal-partita, ma kinetx sorpriża li fit-22 minuta fetħu l-iskor. Minn kross ta’ Keane Lewis Potter, kien MICHAEL KAYODE li bir-ras għeleb lil Jos Sa. Minkejja li Wolves kienu aktar fil-partita fis-37 minuta Brentford irdoppjaw. Minn azzjoni ta’ Dango Ouattara kien IGOR THIAGO li għeleb lil Jose’ Sa. 2 – 0. Fil-41 minuta minn cross, Thiago bir-ras laqat il-lasti. Fl-44 minuta Wolves daħlu fil-partita wara li minn pass ta’ Bellegarde, b’xutt minn barra l-kaxxa ADAM ARMSTRONG għeleb lil Kellher għal 2 – 1. Skor li bih intemmet wkoll l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima kibret il-pressjoni minn Wolves li fis-77 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ TOLU AROKODARE li bir-ras minn azzjoni ta’ Angel Gomes għeleb lil Kelleher. 2 – 2 skor li bih, intemmet il-partita.
//= $special ?>

