Aktar kmieni llum, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni Għas-Salvataġġ irċieva talba għall-għajnuna għal persuna li kellha bżonn attenzjoni medika abbord bastiment fit-Tramuntana ta’ Malta.
Ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta wettaw b’suċċess evakwazzjoni medika u l-membru tal-ekwipaġġ ittella’ abbord il-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Wara li l-ħelikopter niżel, il-persuna ġiet mgħoddija lit-tim mediku tal-Isptar Mater Dei sabiex tirċievi aktar kura medika.
//= $special ?>

