Lokali Qorti

Seduti dwar każi ta’ vjolenza domestika kellhom jiġu differiti minħabba nuqqas ta’ spazju fil-Qorti

Il-każijiet ta’ vjolenza domestika li kellhom jinstemgħu quddiem il-Maġistrat Tanya Sammut kellhom jiġu differiti minħabba li dalgħodu ma kienx hemm awli disponibbli.

Dawk affettwati kienu ilhom minn kmieni filgħodu fil-Qorti, jistennew li tibda l-kawża tagħhom. Iżda llum stess ġew infurmati li l-kawżi kienu se jibdew fil-11:30am.

Minkejja dan, xorta għad hemm problemi loġistiċi li jridu jiġu solvuti.

Dawn il-każi ta’ vjolenza domestika jkunu wħud mill-aktar każijiet sensittivi li joħolqu stress fuq il-vittmi u l-partijiet kollha involuti. U żgur li persuna l-aħħar ħaġa li jkollha moħħ li tisma’ tkun propju differiment tal-kawża tagħha.