Il-Kummissarju Dixxiplinari tal-MFA ħareġ sensiela ta’ deċiżjonijiet dixxiplinari relatati mal-partita tal-BNF U17 League B Top Six bejn Żabbar St Patrick u Naxxar Lions, li ntlagħbet nhar il-Ħadd, 15 ta’ Marzu 2026 fil-ground ta’ Ħad-Dingli.
Fil-rapport li nħareġ illum, ġie deċiż li l-plejer ta’ Żabbar St Patrick, Jaden Buckland jiġi sospiż għal sena, filwaqt li Mikhael Micallef u Jamie Azzopardi ġew immultati, b’Azzopardi wkoll sospiż għal partita minħabba t-tkeċċija tiegħu.
Min-naħa ta’ Naxxar Lions, Hani Ezzedden Saih ġie sospiż għal tliet logħbiet, waqt li Jake Pace u l-uffiċjal Ettienne Vella ġew immultati.
Id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu appellati.
Irid jiġi preċiżat li kienu Saih u Buckland li kienu involuti fl-argument li seħħ waqt din il-partita.
L-MFA tenfasizza li tikkundanna kull forma ta’ vjolenza jew imġiba mhux sportiva, u tfakkar fil-valuri fundamentali tal-futbol li huma dawk ta’ rispett, dixxiplina u fair play; speċjalment fil-livell taż-żgħażagħ.
NOTA EDITORJALI: Din hi stqarrija tal-MFA u fl-ebda ħin mhu qed jingħad li l-persuni imsemmija kienu kollha involuti fl-inkwiet li inqala’ f’din il-partita partikolari.
//= $special ?>

