Nhar is-Sibt, 21 ta’ Marzu, eluf ta’ parteċipanti se jkunu qed jinġabru lkoll flimkiem qabel is-sebħ tax-xemx biex jieħdu sehem fl-ElectroGas La Valette Marathon powered by Visit Malta.
Il-maratona tinkludi diversi distanzi – 42.2km, 21.1km, 10km, 5km, Walkathon u tiġrija korporattiva ta’ 5km – adattati għal kull livell ta’ atleta. F’ħames snin biss, l-avveniment kiber b’mod impressjonanti: minn 747 parteċipant fl-ewwel edizzjoni għal aktar minn 5,200 din is-sena.
Il-maratona, organizzata mit-tim ta’ Corsa mmexxi minn Matthew Pace, saret avveniment internazzjonali li jiġbed atleti minn 77 nazzjonalità differenti. Barra l-isport, tippromwovi wkoll il-wirt u l-pajsaġġi Maltin, u tpoġġi lil Malta fuq il-kalendarju globali tal-maratoni.
//= $special ?>

