Lokali

Aidan; L-ewwel rapreżentant tal-Eurovision bi prestazzjonijiet fl-Awstralja

Aidan ir-rebbieħ tal-Eurovision Song Malta ta’ din is-sena se jkun l-ewwel artist li se jkun qed jagħti prestazzjonijiet fl-Awstralja.

Il-kantant qal li jinsab kburi mmens li se jkollu din l-opportunità li jkompli jipromwovi l-mużika tiegħu anka f’dan il-kontinent, dan permezz ta’ prestazzjoni f’Melbourne nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu u oħra f’Sydney nhar is-Sibt 28 ta’ Marzu.

Aidan se jkanta l-kanzunetta “Bella” fit-tieni parti tat-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest li se ssir nhar il-Ħamis 14 ta’ Mejju, fi Vjenna.

Fost oħrajn s’issait-tour tiegħu ta’ Aidan tal-Eurovision kien jinkludi prestazzjonijiet fil-Greċja, Stokkolma, San Marino u l-Litwanja.