Il-Qorti tal-Appell ċaħdet appell fejn ikkonfermat il-piena u s-sentenza ta’ każ ta’ droga li ilha għaddejja mill-2006.
Gaetano Azzopardi nstab ħati mill-Qorti tal-Maġistrati f’April 2021 ta’ pussess ta’ eroina, u ma pprovax li d-droga kienet għall-użu personali tiegħu. Huwa ġie kkundannat għal sitt xhur ħabs u multa ta’ €900.
Il-każ jmur lura għall-2006, meta uffiċjali tal-pulizija waqqfu lil Azzopardi f’Paceville u fi tfittxija li wettqu sabulu ħames pakketti b’sustanza suspettata li kienet droga, għaxar siringi ġodda, żewġ mobiles u somma ta’ flus kontanti.
Id-difiża ma kkontestatx il-pussess tad-droga, iżda argumentat li kienet għall-użu personali. Il-prosekuzzjoni qalet li messaġġi li nstabulu fuq il-mobile indikaw li kien qed jistenna li jirċievi ammonta ta’ droga u li kellu l-intenzjoni li jittraffikahom.
Fl-appell, Azzopardi argumenta li l-ewwel qorti ma setgħetx tasal b’mod raġonevoli għall-konklużjoni tagħha u stqarr li l-mobile seta’ kien użat minn ħaddieħor, inklużi membri tal-familja u oħrajn.
Il-Qorti, Ikkonkludiet li d-drogi ma kinux għall-użu personali, u osservat ir-rekord kriminali tiegħu, u kkonfermat is-sentenza oriġinali.
//= $special ?>

