Fl-aħħar sigħat, Iżrael nieda sensiela ta’ attakki fuq il-belt kapitali tal-Libanu, Bejrut, u ordna lir-residenti tan-naħa t’isfel tal-belt sabiex jevakwaw hekk kif se jkomplu l-offensiva tagħhom kontra l-Ħeżbollaħ. Il-Ministeru tas-Saħħa fil-Libanu qal li tal-inqas sitt persuni nqatlu f’dan l-attakk.
Min-naħa l-oħra, l-Istati Uniti ħabbru li għamlu użu minn bombi mill-aktar qawwija biex jolqtu siti tal-missili fir-rotta ta’ Ħormuż. Il-Kmandant tal-armata Iranjana hedded b’rispons mill-agħar wara li nqatel l-uffiċjal Ali Larijani.
Intant, il-Ministeru tas-Saħħa Iżraeljan qal li 192 persuna sfaw midruba u kellhom jittieħdu l-isptar wara l-attakk mill-Iran.
//= $special ?>

