Futbol Sport

Il-Marokk rebbieħa tal-AFCON u s-Senegal tfittex ġustizzja

Is-Senegal tneħħilhom it-titlu ta' champions tal-Afrika mill-CAF.
Is-Senegal tneħħilhom it-titlu ta' champions tal-Afrika mill-CAF.

Il-Federazzjoi tal-Futbol tas-Senegal ħabbar li se jkun qed jappella wara li l-Konfederazzjoni tal-Futbol fl-Afrika (CAF) ħadet deċiżjoni li qed titqis bħala waħda sensazzjonali li tneħħi t-titlu ta’ champions tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani lis-Senegal. B’konsegwenza t’hekk, il-CAF ddikjarat lill-Marokk bħala rebbieħa u allura champions tal-Afrika.

Il-finali f’Jannar intemmet f’waħda mimlija kaos, meta diversi plejers tas-Senegal telqu mill-grawnd f’protesta kontra penalty li ngħata tard fil-logħba favur il-Marokk. Wara li l-plejers tas-Senegal irritornaw fuq il-pitch, il-penalty ntilfet u Pape Gueye skorja fil-ħin miżjud biex ta rebħa drammatika ta’ 1-0 lis-Senegal.

Wara appell mill-Marokk, il-CAF iddikjarat li s-Senegal tilfet il-logħba wara li dawn kienu abbandunaw il-logħba u r-riżultat ġie mogħti riżultat ta’ 3-0 favur il-Marokk, billi applikat l-Artikli 82 u 84 tar-regolamenti tal-kompetizzjoni. Il-Federazzjoni tas-Senegal sejħet din id-deċiżjoni bħala waħda “inġusta u bla preċedent” u ħabbret li se tappella quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport. M’hemmx dubju li dan il-każ kompla jqanqal kontroversja kbira fil-futbol Afrikan.