Lokali

Imfakkar il-50 anniversarju tal-Partit Popolari Ewropew

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg wasal fi Brussell fejn qed jattendi għall-attivitajiet uffiċjali tal-50 anniversarju tal-Partit Popolari Ewropew.

Dan l-avveniment qed jiġbor flimkien mexxejja politiċi, Prim Ministri, u rappreżentanti minn madwar l-Ewropa biex jiċċelebraw ħamsin sena ta’ kooperazzjoni politika fi ħdan l-akbar grupp politiku fil-kontinent.

Il-preżenza tal-Kap tal-PN f’dan l-anniversarju timmarka mument importanti għall-Partit Nazzjonalista, li ilu membru attiv tal-EPP għal snin twal.

Il-Kap tal-PN jinsab akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello u s-Segretarju Internazzjonali Beppe Galea.

Intant, Alex Borg qed juża din l-opportunità biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-PN u jkompli jpoġġi lil Malta fuq nett tal-aġenda Ewropea.

Dan apparti li għada, se jattendi wkoll għas-summit tal-Partit Popolari Ewropew fejn, għall-ewwel darba, se jkunu mistiedna wkoll il-kapijiet tal-partiti tal-EPP li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea.