Ċifri ppubblikati llum mill-Eurostat jikkonfermaw kif il-Maltin komplew iġorru piż kbir fejn tidħol l-għoli tal-ħajja u ż-żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi. Dan hekk kif ir-rata tal-inflazzjoni f’pajjiżna baqgħet tiżboq dik taz-Zona Ewro u anke l-medja fil-blokk Ewropew kollu.
Fi Frar, ir-rata annwali tal-għoli tal-ħajja kienet taʼ 2.3 fil-mija – l-istess bħax-xahar taʼ qabel. Fi kliem sempliċi, ma rajniex avvanzi.
L-akbar kontribuzzjoni li wasslet għall-għoli tal-ħajja kienet ġejja mill-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (+0.63 punti perċentwali).
Intant, iċ-ċifri tal-Eurostat ikkonfermaw li pajjiżi bħal Ċipru, l-Italja, Franza, il-Belġju u l-Ungerija għandhom rata ta’ għoli tal-ħajja ferm inqas minn pajjiżna – li jfisser li l-piż tal-prezzijiet huwa ferm inqas. Anke l-Bulgarija u l-Portugall għandhom inflazzjoni inqas minn Malta.
//= $special ?>

