Żewġ irġiel qed jaffaċċjażw akkużi fil-Kenja wara li l-awtoritajiet żvelaw li kienu se jitraffikaw aktar minn 2,000 nemlu ħaj, barra mill-pajjiż.
Zhang Kequn ġie arrestat fl-ajruport ta’ Najrobi wara li l-uffiċjali sabu l-insetti moħbija fil-bagalji tiegħu.
In-nemel instabu f’test tubes żgħar u mdawwrin bit-tissues.
L-investigaturi qalu li Zhang xtrahhom mingħand Charles Mwangi, u ħallas 10,000 shilling Kenjan għal kull 100 nemlu.
L-awtoritajiet saħqu li is-suq internazzjonali tan-nemel dejjem qed jikber speċjalment fl-Ewropa u l-Asja. Fejn hemm persuni li jżommuhom id-dar bħala annimali domestiċi.
Il-kunsinna kienet allegatament sejra lejn iċ-Ċina.
Iż-żewġ irġiel qed jiffaċċjaw akkużi ta’ kummerċ ta’ speċi differenti u kospirazzjoni.
Mwangi qed jiffaċċja akkuża addizzjonali wara li nstabulu aktar nemel f’każ separat.
Iż-żewġ suspettati ċaħdu l-akkużi u għadhom miżmuma taħt arrest.
//= $special ?>

