Internazzjonali

Jiżdiedu għal 20 il-każijiet tal-meningite f’Kent

Il-każijiet ta’ meningite f’Kent issa żdiedu għal 20.

Bil-Prim Ministru tar-Renju Unit Keir Starmer jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji ta’ żewġ persuni li mietu fl-aħħar jiem bil-mengite.

Meta kien qed jitkellem fil-Parlament, Starmer qal li l-awtoritajiet qed jaħdmu biex isegwu kuntatti mill-qrib, jipprovdu antibijotiċi, u jillimitaw it-tixrid tal-infezzjoni.

L-Aġenzija tas-Sigurtà tas-Saħħa tar-Renju Unit ikkonfermat li disa’ każijiet huma verifikati mil-laboratorju, filwaqt li oħrajn għadhom qed jiġu investigati. Il-maġġoranza tal-adulti li qed isofru minn din l-infezzjoni huma adulti li għadhom żgħar, b’bosta kkonfermati li qed isofru minn meningite B.

L-uffiċjali tas-saħħa diġà qassmu eluf ta’ dożi ta’ antibijotiċi u appellaw lil kull min żar nightclub f’Canterbury bejn it-5 u s-7 ta’ Marzu sabiex ifittxu trattament.