Aktar kmieni llum wara nofsinhar, ġiet irrappurtata persuna f’diffikultà fiż-żona ta’ St Peter’s Pool.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) informa liċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għas-Salvataġġ (RCC) u talab assistenza sabiex tiġi salvata l-persuna.
B’reazzjoni għal dan, intbagħat ħelikopter tas-salvataġġ tal-Forzi Armati ta’ Malta, li wettaq b’suċċess l-operazzjoni minkejja l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.
Wara s-salvataġġ, il-persuna ġiet mgħoddija lit-tim mediku tal-Isptar Mater Dei sabiex tirċievi aktar kura.
//= $special ?>

