Lokali

Persuna tittella’ mill-baħar wara inċident taħt il-Forti Sant’Iermu fil-Belt Valletta

Ritratt: Civil Protection Department

Aktar kmieni l-Erbgħa waranofsinhar, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġie msejjaħ wara li kien hemm rapporti ta’ persuna li spiċċat fil-baħar, u li ma setgħetx terġa tiġi lura fuq l-art.

Dan il-każ seħħ taħt il-Forti Sant’Iermu fil-Belt Valletta.

Fuq il-post intbagħtu minnufih timijiet ta’ salvataġġ mill-Istazzjonijiet 2 u 5, li rnexxielhom issibu lill-persuna u jsalvawha permezz tal-RHIB tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Wara dan l-intervent, il-persuna ttieħdet fil-bażi tal-Forzi Armati ta’ Malta fil-Haywharf, fejn ingħatat l-għajnuna medika mit-tim tad-Dipartiment tal-Emerġenza.

Sussegwentement, il-persuna ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika.

Intant, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rringrazzjat lill-entitajiet kollha li taw l-għajnuna tagħhom waqt dan is-salvataġġ.