Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Stefan Farrugia. Il-karrieta ta’ Stefan teħodna fuq il-palk u t-televiżjoni fejn miegħu se nitkellmu fuq il-ġeneri differenti li interpreta bħala attur matul is-snin.
“Is-satira sservi biex anki n-nies jikkalmaw ftit, u nidħqu ftit. Dan filwaqt li s-satira tgħin biex il-ħsieb jiżviluppa”
Huwa qal dan, meta ħarisna lejn il-programm LIFT, u xogħlijiet oħra li Stefan ħadem fid-drama.
Mal-profil se nitkellmu fuq ix-xogħol volontarju, fejn se jaqsam magħna numru ta’ rakkonti ta’ kif dan ix-xogħol, jgħin biex persuna jissawwar u jkun aħjar f’soċjetà li jimpurtaha minn ħaddieħor.

PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-lejla għandu muntaġġ ta’ Bernice Seychell.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki fuq Spotify.
//= $special ?>

