Il-Qorti tat €3,000 f’danni sofferti lil Angelus Vella, stqarret li ordni ta’ friżar tal-assi kollha mill-2005 kisret id-dritt fundamentali milli jkollu protezzjoni minn privazzjoni ta’ proprjetà
Angelus Vella ttella’ l-qorti fl-Lulju tal-2005 fuq akkużi relatati mal-importazzjoni u konfoffa fuq traffikar ta’ madwar seba’ kilogrammi erojina. Dakinhar stess, il-Qorti tal-Maġistrati ħarġet ordni ta’ friżar fuq l-assi kollha fuq kull proprjetà ta’ Vella.
L-appellant stqarr li l-abilta tiegħu biex isib xogħol jew jidħol f’xi self twaqqfet minħabba li l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu kienu weqfin, il-kontijiet bankarji tiegħu friżati, u kien miċħud relazzjonijiet bankarji bażiċi,.
Il-qorti sabet li sal-2021, il-miżura kienet tiġi estendita awtomatikament kull sitt xhur mingħajr seduti “kontradittorji” jew valutazzjonijiet ġudizzjarji biex jiġi determinat jekk l-assi ffriżati fil-fatt kinux jikkorrispondu għall-allegati qligħ kriminali.
Il-qorti ordnat ir-revoka tal-ordni ta’ ffriżar kontra Vella, effettiva mill-15 ta’ Ottubru 2025, u ordnat lill-istat iħallas €3,000 f’danni morali.
//= $special ?>

