Lokali

Rapporti dwar “it-tieni vapur Russu” li għandu fuqu sanzjonijiet u li qed ibaħħar bejn Malta u t-Tuneżija

Sistema ta’ intelligence li titħaddem biex tinġabar informazzjoni sensittiva, qed titfa’ dawl fuq vapur Russu ieħor li jinsab fil-qalba tal-Mediterran. Dan meta għandu sanzjonijiet imdendlin fuqu.

Net News jista’ jiżvela kif diversi sorsi rrappurtaw il-movumenti ta’ dan il-vapur fl-ibħra ta’ bejn it-Tuneżija u Malta.

Dan it-tanker iġib l-isem MT Croco.

L-istess sorsi qed jgħidu li dan il-bastiment, li jġorr żejt u kimika, riesaq lejn it-tanker Arctic Metagaz li tħalla għal riħu jitkaxkar mal-mewġ bejn sema u ilma – wara l-isplużjoni li seħħet ftit tal-jiem ilu. Il-vapur MT Croco jinsab qrib Lampedusa.