Lokali Qorti

Riċediv lura l-Qorti b’rabta ma’ allegat serq aggravat ta’ mobile

Awet Estif Anos, ta’ 35 sena tressaq il-qorti fuq serq aggravat ta’ mobile li jeċċedi l-€232.94, iżda ma jeċċedix l-€2,329.37 ġewwa Marsa Park & Ride.

Ir-raġel kien mixli wkoll li fl-istess żmien, huwa rrenda ruħu bħala reċidiv fuq sentenzi oħra li saru definittivi u ma jistgħux jinbidlu, kif ukoll li kkommetta reat waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża mogħtija lilu fl-2024.

Il-validità tal-arrest ma kienx ikkontestat min-naħa tad-diviża, kif ukoll ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li m’għandux indirizz fiss.