Sport Waterpolo

San Ġiljan jirbħu d-dwell ma’ Sliema u jitilgħu waħedhom fil-quċċata

(Ritratt: Catriel Farrugia)

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN…….. 14

SLIEMA TECHFINITY HUB………. 11

(4-2), (2-0), (5-5), (3-4)

Konfront dirett bejn tnejn mill-aqwa tliet timijiet. Konfront ftit jiem biss wara d-dwell fiċ-Challenger Cup f’Istanbul mirbuħ minn Sliema. Iż-żewġ timijiet mhux bl-aqwa formazzjoni tagħhom minħabba plejers impenjati barra minn xtutna u t-tnejn b’punti massimi f’dan il-Kampjonat tax-Xitwa. Kollha ingredjenti li ħawru din il-logħba għal waħda mistennija u missielta.

Quddiem attendenza mdaqqsa, finalment kienu San Ġiljan li ħarġu rebbieħa meritatament. Kompliċi l-erba’ gowls fl-ewwel parti tal-ewwel sessjoni li ġiegħlu lil Sliema jiġru wara r-riżultat. Sliema naqqsu d-distakk bin-nofs sa tmiem is-sessjoni iżda Russell Caruana u gowl ta’ Jeremy Abela mis-centre fit-tieni sessjoni, daħħlu lil San Ġiljan jistrieħu 6-2.

Reazzjoni minn Sliema kienet imperattiva fit-tielet sessjoni. Id-distakk kiber għal 8-3 sakemm gowls minn Dino Zammit u Jayden Cassar naqqsu d-distakk għal tliet gowls. Botta u risposta żammet id-distakk sakemm gowl tal-captain Ġiljaniż Matthew Zammit assigura li San Ġiljan bdew l-aħħar sessjoni 11-7.

Ir-raba’ sessjoni tat preludju ta’ x’jista’ jkun qed nistennew fix-xhur tas-sajf. Wara li Jayden Cassar tkeċċa b’sostituzzjoni, il-logħba kellha tieqaf għal ftit. Iż-żewġ settijiet sfaw jargumentaw fl-ilma, liema argumenti komplew ukoll bejn l-istaff tekniku. Jeremy Abela tkeċċa flimkien mal-assistent kowċ Claudio Spiteri Debarro.

Il-logħob kompla bit-tamiet ta’ Sliema kibru ftit b’gowls ta’ Benji Cachia u Elijah Schembri meta kien għad fadal ftit aktar minn ħames minuti għat-tmiem. Madankollu San Ġiljan reġgħu wieġbu u reġgħu żiedu l-vantaġġ għal erba’ gowls, bil-captain Matthew Zammit tkeċċa fil-proċess. Huma kkontrollaw l-aħħar perjodu għal rebħa li tpoġġiehom waħedhom fil-quċċata.

San Ġiljan: B. Herzer, D. Bugeja, S. Cutajar, R. Caruana (1), M. Zammit (3), G. Bonavia, B. Plumpton, J. Abela (2), N. Zammit (3), D. Zammit (1), N. Schiavone (1), A. Muscat, L. Dimech (3)

Sliema: B. Busuttil, S. Busuttil, L. Galea (1), J. Cassar (2), B. Cachia (2), G. Gatt, D. Rizzo (1), E. Schembri (2), J. Cachia, J. Chircop (1), D. Zammit (2), Z. Dzanovic, S. Engerer

Referees: Massimo Angileri, Alex de Raffaele

L-EWWEL DIVIŻJONI

MARSAXLOKK MFF………. 8

MARSASKALA…………….. 10

(3-3), (0-1), (3-3), (2-3)

Marsaxlokk: M. Farrugia, Z. Cutajar Licari, L. Chetcuti, N. Spiteri, A. Buhagiar, K. Dowling, B. Schranz (2), J. Pawley (3), J. Cauchi, J. Borg Tabone, A. Cook (3), Z. Schranz, A. Micallef, M. Fenech

Marsaskala: L. Gatt, D. Ciantar (1), C. Harrison, J. Simpson, M. Soler (3), M. Agius, N. Rizzo (1), K. Grech, J. Brownrigg (1), M. Mannino (1), T. Camilleri (1), A. Theuma, P. Tabone (1), C.J. Saliba (1)

Referees: Ronnie Spiteri, Stefan Licari

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
San Ġiljan55001024515
Sliema5401915912
Neptunes530264679
Sirens520370746
B’buġa510449873
Valletta500544880

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
M’skala5500794915
Exiles5401764012
M’xlokk530270639
Ta’ Xbiex410344493
Barracudas510457833
Otters400434760

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu

Marsaskala v Otters 6.15pm, Barracudas v Marsaxlokk 7.25pm, Birżebbuġa v Neptunes 8.35pm

Is-Sibt 21 ta’ Marzu

Ta’ Xbiex v Exiles 3.00pm, Sirens v San Ġiljan 4.10pm, Valletta v Sliema 5.20pm