Il-President tal-Istati Uniti u l-Prim Ministru tar-Renju Unit għandhom jiltaqgħu biex isibu dak li huwa komuni bejn iż-żewġ stati ħalli terġa’ tinbena r-relazzjoni importanti li dejjem kien hemm bejn dawn iż-żewġ pajjiżi.
Dan qalu l-President tal-Ukrajna f’intervista li ta fl-aħħar sigħat, fejn tkellem dwar it-tħassib tiegħu fuq dak li għaddej fuq livell internazzjonali bejn il-mexxejja tal-Punent – bl-Amerika u r-Renju Unit, storikament, dejjem kienu meqjusa bħala sħab importanti.
Volodymry Zelensky insista li hu mhux se jindaħal x’jagħmel Trump. Iżda tenna li hemm bżonn li hu u Starmer isaħħu mill-ġdid ir-relazzjoni li kien hemm bejn iż-żewġ pajjiżi.
Zelensky jittama li Starmer u Trump jiltaqgħu kemm jista’ jkun malajr, u joħorġu b’pożizzjoni komuni dwar dak li għaddej fir-reġjun tal-Golf.
Fakkar ukoll li din il-gwerra tal-Iran qed taffetwa wkoll dak li għaddej fl-Ukrajna, għaliex in-negozjati għall-paċi qed jiġu kontinwament posposti.
//= $special ?>

