Lokali

Esposta r-relikwa tas-salib ta’ Kristu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

“Relikwarju imprezzabli li jġiegħel lill-fidili jħossuhom dejjem aktar viċin il-passjoni u l-qawmien ta’ Ġesu Kristu”

Kien  dan is-sentiment espress minn Monsinjur Paul Vella, ir-rettur tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, hekk kif nisabu fil-perjodu tar-Randan Imqaddes – bil-Knsija Kattolika qed tiprepara għar-riti u l-funzjonijiet relatati ma’ dawn iż-żminijiet li jwasslu għal festa tal-Għid il-Kbir.

Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann f’dawn iż-żminijiet, bosta artifatti u relikwi imprezzabli jkunu esposti għall-pubbliku.

Filfatt f’dawn iż-żminijiet fil-Konkatidral, tiġi esposta r-relikwa tas-salib ta’ Krsitu. Liema relikwarju wasal Malta minn Rhodi mal-Kavallieri ta’ San Ġwann, u l-qima lejh ma naqset qatt. B’biċċiet tal-injam li jingħad li ġejjin mis-salib ta’ Kristu.

Monsinjur Vella spejga li din ir-relikwa tkun esposta f’dawn iż-żminijiet fil-Konkatidral, waqt li jsiru wkoll riti bl-istess relikwa waqt il-funzjonijiet.

Dan fost adorazzjoni lejn din l-istess relikwa kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa matul il-perjodu tar-Randan.

Apparti min hekk jiġi wkoll armat kurċifiss magħmul mill-Avorju; liema kurċifiss jingħad li huwa t-tielet l-akbar fid-dinja li hu kollu kemm hu ddisinjat mill-Avorju.

Il-kurċifiss wasal Malta lura fis-seklu 16 bħala rigal mogħti lill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann – b’dettal fuq l-Avorju, li fi kliem il-Monsinjur, isaħħar u jiġbed lil ħafna dilettanti ta’ dawn l-artifatti imprezzabli minn madwar id-dinja kolla.

Monsinjur Paul Vella spjegalna wkoll il-programm ta’ bosta funzjonijiet li jsiru – mill-Quddies tat-tberik taż-żejt, il-funzjoni tal-ħasil tas-saqajn – għall-magħmudija tal-Adulti, mmexxija mill-Arċisqof.

Bil-Monsinjur jisħaq li din is-sena ser ikun hemm 39 adult li ser ikun qegħdin jitgħamdu u jidħlu fil-familja nisranija.