L-awtoritajiet tas-saħħa fir-Renju Unit ikkonfermaw sitt każijiet oħra tal-meningite f’Kent, u b’hekk in-numru ta’ każijiet ikkonfermati fil-laboratorju tela’ għal 15. Fl-istess ħin, hemm 12-il każ ieħor taħt investigazzjoni, biex issa it-total ta’ każijiet ikkonfermati jew suspettati tela’ għal 27.
Skont il-UKHSA, il-każijiet tal-meningite huma marbuta ma’ tifqigħa li qed tiġi investigata f’Canterbury u fl-Lvant ta’ Kent, u hija maħsuba li għandha konnessjoni ma’ nightclub f’Canterbury.
Dan hekk kif xi każijiet ikkonfermati kienu seħħew il-5 u s-7 ta’ Marzu li għadda.
L-UKHSA qalet ukoll li s’issa mietu żewġ persuni, u li persuni milquta huma adulti żgħar, u kollha ħlief għal każ wieħed ġew rikoverati l-Isptar.
B’reazzjoni għal din is-sitwazzjoni, il-vaċċin MenB issa qed jiġi offrut lil madwar 5,000 student tal-Università ta’ Kent bħala parti minn programm ta’ tilqim.
Intant, l-awtoritajiet fir-Renju Unit qed ikomplu jissorveljaw din is-sitwazzjoni, fejn it-tobba ngħataw struzzjonijiet biex joqogħdu attenti għal sntinomi tal-meningite.
//= $special ?>

