Festi Knisja Lokali

Ir-Rabtin jiċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp

Illum, ir-Rabtin iċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp hekk kif fid-9am saret il-quddiesa Solenni, immexxija mill-Kapitlu Metropolitan.

Din il-festa xitwija għandha storja antika ferm. U pajjiżna jirrikonoxxiha bħala ċelebrazzjoni kulturali fejn Malta u Għawdex jieqfu sabiex igawduha bi sħiħ f’festa pubblika.

Din il-festa għandha wkoll marbutin magħha diversi tradizzjonijiet antiki, kif ukoll prodotti tal-ikel bħaz-zeppoli ta’ San Ġużepp.