Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg qed jattendi għas-summit tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell sabiex ikompli jwassal il-vuċi ta’ Malta fuq livell Ewropew. Għall-ewwel darba, għal dan is-summit ġew mistiedna wkoll il-kapijiet tal-partiti tal-EPP li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea.




