Fl-aħħar sigħat il-bastiment Russu, Arctic Metagaz, li jinsab abbandunat iħabbat mal-mewġ fil-Baħar Mediterran qiegħed joqrob il-kosta Libjana wara bidla fid-direzzjoni tar-riħ – madanakollu esperti qed jisħqu li hemm theddida ambjentali serja.
Dan hekk kif il-bastiment li għandu mijiet ta’ tunnellati ta’ fjuwil abbord, kif ukoll żewġ tankijiet LNG, jista’ potenzjalment jaħbat ma’ rigs u pjattaformi taż-żejt u gas li jinsabu ftit ‘il barra mill-kosta tal-Libja.
Għalhekk preżentament il-belt ta’ Tripli ħarġet allerta marittima fejn qed tindika dan ir-riskju estrem li hemm bħalissa.
Huwa mifhum li dan l-impatt jaf iwassal għal splużjoni kbira jew saħansitra tixrid qawwi ta’ żejt fil-Mediterran. Qed tkun irrapportata wkoll il-preżenza ta’ bastiment ieħor Russu, MT Jupiter li wkoll għandu sanzjonijiet imposti fuqu, liema bastiment jista’ jagħti l-każ li għamel il-wasla tiegħu biex jorbot miegħu u jiġbed lil Arctic Metagaz.
Esperti qed jisħqu li dan il-vapur issa sar bomba tal-ħin.
//= $special ?>

