Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar żewġ sulari fin-Naxxar

Nepaliż ta’ 24 sena li jgħix San Pawl il-Baħar, jinsab jissielet għal-ħajtu wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jaħdem fin-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 tal-Erbgħa filgħaxija, f’maħżen fi Triq it-Tarġa.
Fuq il-post issejħu l-pulizija flimkien ma’ tim mediku sabiex jassistu. Aktar tard il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofa minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, u kif ukoll dawk tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post
tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.