Futbol Sport

Sit tal-imħattri jħallas fuq min bassar kemm li l-Marokk jew is-Senegal kienu se jirbħu l-AFCON

Sky Bet għaż;let li tħallas lill-klijenti tagħha li lagħbu fuq iż-żewġ finalisti tal-AFCON.
Sky Bet għaż;let li tħallas lill-klijenti tagħha li lagħbu fuq iż-żewġ finalisti tal-AFCON.

Sky Bet, waħda mis-siti tal-imħatri sportivi ewlenin fid-dinja, ħabbret li se tħallas ukoll lill-klijenti li kienu lagħbu l-flus magħhom li l-Marokk kienet se tirbaħ t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani, wara li l-CAF iddikjarat lit-tim nazzjonali Marokkin bħala rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni.

Il-CAF waslet għal din id-deċiżjoni wara finali kontroversjali kontra s-Senegal. Il-logħba, li saret fit-18 ta’ Jannar, rat lis-Senegal joħorġu mill-grawnd għal 15-il minuta b’protesta wara li r-referee ta penalty favur il-Marokk.

Minkejja li eventwalment il-Marokk fallew iċ-ċans li jiskorjaw mill-11-il metru u Senegal rebħu 1-0 fil-ħin barrani permezz ta’ gowl skorjat minn Papa Gueye, il-bord tal-appelli tal-CAF din il-ġimgħa ħassar ir-riżultat u ta rebħa ta’ 3-0 lil Marokk.

Is-sentenza kienet ibbażata fuq Artiklu 82 u 84 tar-regolamenti, li jiddikjaraw li tim li jħalli l-grawnd mingħajr permess jitqies li tilef.

Sky Bet ħallset kemm lil dawk li lagħbu fuq il-Marokk kif ukoll lil dawk li lagħbu fuq is-Senegal li jirbħu din il-logħba, f’finali li se tibqa’ mfakkra għall-kontroversja u t-tmiem mhux tas-soltu tagħha.