Internazzjonali

Trump jhedded li se jeqred l-akbar faċilità tal-gass fl-Iran


Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump hedded li jeqred l-akbar faċilita tal-gass tal-Iran jekk il-Gvern ta’ Tehran iwettaq aktar attakki fuq siti ta’ enerġija fir-reġjun. Hu għamel din It-twissija wara l-s-sitwazzjoni fir-reġjun kompliet teskala – speċjalment bejn l-Iran u l-Qatar.

Il-kriżi intensifikat wara li l-Iran attakka l-faċilità tal-gass Ras Laffan fil-Qatar, b’reazzjoni għal attakk li kien wettaq Iżrael fuq il-faċilita tal-gass tal-Iran. Il-Qatar irrapporta ħsarat sinifikanti u keċċa uffiċjali militari Iranjani. Il-Qatar iddeskriva l-attakk bħala wieħed mhux aċċettabbli.

L-istati tal-Golf, inkluż l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda, ikkundannaw l-azzjonijiet tal-Iran filwaqt li l-mexxejja tal-Iran wissew dwar “konsegwenzi li ma jistgħux jiġu kkontrollati”.


Trump qal li kwalunkwe mira oħra fuq l-infrastruttura tal-gass tal-Qatar se twassal għal ritaljazzjoni mill-Istati Uniti.