Il-Kap tat-tim ta’ Ferrari, Fred Vasseur, kien ikkwotat li qal li “iż-żejjed hu biżżejjed” u appella lill-Formula 1 biex ma tbiddilx aktar il-proċedura tat-tluq tat-tiġrijiet fl-istaġun tal-2026.
Ferrari wriet saħħa kbira fit-tluq, b’Charles Leclerc u Lewis Hamilton jieħdu l-vantaġġ mit-tieni filliera f’Awstralja u fiċ-Ċina, u dan ta lill-iskwadra vantaġġ fuq Mercedes. Is-sewwieq li attwalment jinsab fil-kmand tal-klassifika dan l-istaġun, George Russell, akkuża lil Ferrari li qed taġixxi b’mod “egoistiku” billi timblokka tibdil ieħor fil-proċedura, li diġà ġiet aġġustata b’dawl blu li jteptep għal ħames sekondi biex jgħin lis-sewwieqa jnaqqsu t-turbo lag.
Vasseur insista li diġa’ saru biżżejjed bidliet u li t-tim tiegħu sempliċement iddisinja l-karozza skont ir-regolamenti. Minkejja l-bidu qawwi ta’ Ferrari, Mercedes rebħet l-ewwel żewġ Grand Prix tal-istaġun, b’Kimi Antonelli jirbaħ fiċ-Ċina wara r-rebħa ta’ Russell f’Melbourne. Il-kampjonat tal-Formula 1 jmissu jkompli issa f’Suzuka għall-Grand Prix tal-Ġappun bejn it-27 u d-29 ta’ Marzu.
//= $special ?>

