Mudelli ta’ vetturi militari, ajruplani, xwieni u figurini.
Xenarji u esebiti li jimmarkaw l-istorja ta’ Malta u avvenimenti storiċi li seħħew tul l-istorja tad-dinja – b’figurini varji li joħroġ fihom l-element artistiku. Dawn kollha qed jintwerew fil-wirja annwali tal-Malta Society of Model Makers .
Mudelli u figurini uniċi li mlew il-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta Qali – B’bosta xogħol u mudelli li jirrakkontaw storja ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, kunflitti mill-perjodu Napoleoniku, mudelli ta’ suldati Ġermaniżi u Taljani u saħansitra figurini Rumani u tal-Vikingi.
Kien hemm wkoll fost l-oħrajn mudelli ta’ vetturi tal-gwerra li ntużaw mill-Amerikani u mill-Ingliżi waqt il-gwerra tal-golf. Kif wkoll numru ta’ mudelli ta’ ajruplani tal-gwerra ta’ bosta perjodi differenti.
Dan apparti mudelli moderni u bbażati fuq il-fantaxejza – fost il-figurini storiċi.




Intant Net News tkellem ma’ Peter Calleja u spjegalna li parti kbira mill-kollezzjoni tiegħu, huma taċ-ċomb imħallat bil-landa, sabiex ikun iżjed faċli biex taħdem fuqhom.
Petert Calleja qal li dawn il-mudelli jieħdu xhur sħaħ ta’ xogħol, madanakollu s-sodisfazzjon meta jjkunu esebiti f’wirja bħal din, ikun wieħed kbir.
Il-Malta Society of Model Makers għandha bosta membri li minbarra li jesebixxu xogħlom fil-wirja annwali, uħud minnhom jikkompetu wkoll bihom f’kompetizzjonijiet.
Il-Malta Society of Model Makers twaqqfet fl-2003 u minn dakinhar ‘l hawn tellgħat esibiżjoni tal-mudelli kull sena. Is-soċjeta’ tieħu wkoll ħsieb biex tul is-sena torganiżża lectures u laqgħat ta’ informazzjoni – dan sabiex fi kliem Peter Calleja stess – iħajru aktar nies bmod speċjali żgħażagħ sabiex jinteressaw ruħhom f’dan id-delizzju.


Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>

