Matul l-2025 l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali rċieva 135 ilment b’mod formali, u sa tmiem is-sena ġew indirizzati 128 minn dawn l- ilmenti.
L-ilmenti kienu dwar diversi aspetti, fosthom bdil ta’ mediċina, tibdil fid-doża, u talba għall-konsulent differenti.
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ staqsiet lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jgħid kemm kien in-numru ta’ ilmenti li saru mal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali matul is-sena 2025; kemm minnhom ġew indirizzati sal-aħħar tas-sena u jindika wkoll dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali
//= $special ?>

