Lokali Parlament

Aktar minn 750 ċitazzjoni fi triq waħda f’San Pawl il-Baħar

Iċ-ċitazzjonijiet li ngħataw fi triq waħda f’San Pawl il-Baħar – fi Triq it-Turisti – laħħqu l-ammont ta’ 655 is-sena li għaddiet u 114 fl-ewwel tliet xhur ta’ din s-sena jew total ta’ 769 ċitazzjonijiet fi Triq it-Turisti f’San Pawl il-Baħar matul is-sena li għaddiet u sal-lum din is-sena.

Id-Deputat Nazjonalista Graziella Galea staqsiet fil-Parlament kemm inħarġu ċitazzjonijiet fi Triq it-Turisti, f’San Pawl il-Baħa,r bejn Jannar 2025 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar.

F’tagħrif li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; jirriżulta wkoll li l-akbar numru ta’ ċitazzjonijiet inħarġu dwar parking.

Dawn il-kontravenzjonijiet inħarġu mill-pulizija u minn uffiċjali tal-Aġenzija LESA.