Lokali

“Cowboys Don’t Cry” – It-tieni album ta’ Aidan li juri maturità u onestà fuq livell mużikali u personali

Cowboy’s Don’t Cry.

Dan huwa l-isem tal-album il-ġdid li nieda Aidan; il-kantant li bħalissa jinsab f’nofs tour ta’ promozzjoni għall-Eurovision – album li jinkludi 12-il diska, fosthom il-kanzuentta li ġġib l-istess isem.

Fl-istess album, hemm ukoll id-diska li biha se jirrapreżenta lill-pajjiżna fil-Eurovision ta’ din is-sena; il-kanzunetta Bella.

F’kummneti ma’ Net News Aidan spjega kif dan l-album juri naħa aktar matura tiegħu.

Dan huwa t-tieni studio album ta’ Aidan. U ilu jaħdem fuqu dawn l-aħħar tliet snin – fejn matulhom kiteb mas-60 kanzunetta.

Bħalissa Aidan jinsab fuq tour promozzjonali internazzjonali fl-Iżvezja, u s’issa ta’ prestazzjonijiet fil-Litwanja, il-Greċja, il-Bulgarija, l-Albanija u San Marino. 

Huwa ħabbar ukoll li se jkun l-ewwel artist tal-Eurovision li se jestendi t-tour tiegħu sa l-Awstralja biex ikompli jżid il-preżenza globali tiegħu – fl-istess waqt li nieda dan l-album il-ġdid.

Fuq kollox dan l-album juri l-evoluzzjoni artistika tiegħu; album li huwa disponnibli fuq il-pjattaformi kollha.