Sport

Dwell bejn MFPA u Floriana

Issokta d-dwell bejn Malta Football Players Association  u Floriana għar-rebħ tal-Veterans Malta Premier League. Iż-żewġ timijiet jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika b’punt biss li qed jifridhom.

Malta Football Players Association kisbu rebħa ta’ 10-2 kontra Hibernians fejn l-aqwa skorer tal-kampjonat Stanimir Miloskovic skorja ħames gowls filwaqt li Mauro Bonnici u George Frendo skorjaw darbtejn flimkien mal-gowl ta’ Alexander Ribic . Mark Abbosh u Beppe Antignolo skorjaw għal Hibernians.

Referee kien Thomas Debono.

Floriana xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu liċ-champions Gżira United 6-5 fejn Diego Fernando Pereira u Manolito Micallef skorjaw darbtejn kull wieħed u gowl kull wieħed minn William Camenzuli u Ryan Darmanin.

Għal Gżira Sebastian Nayar skorja darbtejn u gowl kull wieħed minn Ian Zammit, Kevin Sammut u Justin Grioli.

Referee kien Thomas Debono.

Birkirkara St Helen’s u Rabat Veterans spiċċaw fi draw ta’ 4-4. Għal Rabat Adam Smeir skorja darbtejn filwaqt li Andy Mangion u Daniel Cremona gowl kull wieħed.

Għal Birkirkara St Helen’s skorjaw Jean Pierre Mifsud Triganza, Federico Marine Tejada, Gilbert Camilleri u Mario Caruana.

Referee kien Jonathan Balzan.

F’partita kkontrollata minn Jonathan Balzan, Żurrieq Wolves għelbu.lil Luxol 5 – 2 biex kisbu t-tielet rebħa tal-istaġun.