Matul il-ġurnata, fil-Knisja Ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta, ġie espost il-Kurċifiss Mirakoluż għall-qima tal-pubbliku.
Dan il-kurċifiss għandu devozzjoni antika ferm, u jiġbed ħafna nies lejn din il-knisja matul is-sena kollha – partikolarment fiż-żmien tar-Randan.
Matul il-ġurnata, fil-fatt, il-Knisja kienet ippakjata bin-nies. U ħafna devoti ħadu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet li ġew organizzati.
L-Arcisqof Charles Scicluna mexxa l-quddiesa tal-10am. Imbagħad, aktar tard, sar ukoll il-quddies bl-Ingliż.
Intant, issa jibdew il-preparamenti għall-purċissjoni tad-Duluri li ssir eżatt bħal-lum ġimgħa; ġurnata li tiġi iċċelebrata fil-parroċċi kollha madwar Malta u Għawdex. Sabiex imbagħad, jilħaq il-qofol tiegħu t-Tridu tal-Għid bil-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, Sibt il-Għid u l-Għid il-Kbir – meta l-Knisja Kattolika tfakkar il-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.
//= $special ?>

