Lokali

It-tanker Arctic Metagaz riesaq lejn il-pjattaformi taż-żejt Libjani

Rapporti fil-media internazzjonali qed jiddeskrivu t-tanker Russu Arctic Metagaz bħala “bomba ekoloġika”. Dan hekk kif il-bastiment – li kien ġie attakkat numru ta’ ġranet ilu – issa qed jitkaxkar mill-kurrent lejn il-pjattaformi offshore taż-żejt li għandha l-Libja ‘l barra mill-kosta tagħha.

Fil-fatt, jidher li t-tanker riesaq lejn dawk li jissejħu Bouri Field u Mellitah Complex. Dawn il-pjattaformi offshore huma kruċjali għall-provvista tal-gass lejn l-Italja u l-bqija tal-Ewropa. U għalhekk, kull forma ta’ impatt jista’ jkollu effetti devastanti.

Intant, jidher li viċin l-Arctic Metagaz hemm it-tanker Russu Jupiter, li ukoll huwa sanzjonat mill-Ewropa.

Fuq l-Arctic Metagaz jidher li hemm mas-60,000 tunnellata ta’ LNG u 900 tunnellata ta’ żejt.