Ħamrun 147 kisbu t-tielet suċċess tagħhom fil-kompetizzjonijiet tal-Għid organizzati mill-Malta Blackball Federation meta rebħu n-National Easter Trophy wara li għelbu lil Cospicua Rangers 13-11.
Dan kien it-tielet suċċess li kiseb dan it-tim hekk kif aktar qabel Tim B Ħamrun 147 rebaħ ir-Regional Easter Trophy filwaqt li Tim D Ħamrun 147 rebaħ il- Community Easter Trophy.
Kienet finali bejn l-aqwa żewġ timijiet tal-Blackball fil-pajjiż. Cospicua Rangers bdew tajjeb hekk kif stabilixxew vantaġġ ta’ 5-1 iżda l-Ħamrun 147 wettqu reazzjoni u qabel l-intervall għamlu l-iskor 5-5. Minn hemm il-vantaġġ beda jalterna minn tim għall-ieħor u bl-iskor 10-10, kellhom jintlagħbu aktar sessjonijiet sabiex jiġi dikjarat ir-rebbieħ. Kien hawn li Ħamrun 147 rebħu l-frames deċiżivi sabiex eventwalment rebħu l-finali.
Ir-referee kien Ephraim Calleja.
Ħamrun 147 kellhom lil Leon Azzopardi, Dejan Grech, Owen Amato, Philip Coleiro, Stephen Mangion bil-kowċ Clayton Castaldi.
Għal Cospicua Rangers mal-kowċ Johan Attard il-plejers Clint Grima, Kevin Schembri, Clayton Attard, Ryan Pisani, Warren Falzon, Wayne Pace,Miguel Amato, Scott Muscat u Gary Carr .
//= $special ?>

