Ma jaqtgħu xejn l-attakki tal-Iran fuq siti tal-enerġija fil-Golf dan hekk kif matul il-lejl rapporti internazzjonali qalu li drones tal-Iran attakkaw raffinerija taż-żejt fil-Kuwajt.
Infatti, rapporti qalu li ġiet attakkata r-raffinerija Mina-Al-Ahmadi bil-konsegwenza li kien hemm nirien kbar iżda s’issa jidher li ħadd ma weġġa’. L-attakk seħħ propju meta l-Kuwajt kien qed jiċċelebra t-tmiem tal-Eid a-Ftir li jimmarka t-tmiem tas-sawn fir-Ramadan.
Dan apparti li matul il-lejl li għadda Dubaj interċettat numru ta’ missili mibgħuta mill-Iran.
Għaldaqstant, f’konferenza tal-aħbarijiet il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li pajjiżu għandu tliet miri f’din il-gwerra fejn l-ewwel irid jelimina t-theddida nukleari, imbagħad li jelimina t-theddida tal-missili ballistiċi u finalment li joħolqu il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex l-Iranjani jkunu liberi.
//= $special ?>

