Internazzjonali

L-Italja ssellem lis-‘Senatur’ il-fundatur ta’ La Lega Nord – Umberto Bossi

Kellu 84 sena Umberto Bossi, l-persuna li għamel minn La Lega Nord partit nazzjonali. Bossi kien politiku u ġurnalist, ex ministru u anke deputat europarlamentari. Hu miet f’Varese, il-Ħamis filgħaxija.

Il-politika Taljana tilfet wieħed mill-protagonisti tagħha. Bossi kien fundatur ta’ Lega Lombarda, li imbagħad bdiet tissejjaħ Lega Nord, u sar magħruf ma’ kulħadd bħala s-‘Senatur’ wara li tela’ fil-Gvern fl-1987.

Il-ġlieda tiegħu primarjament, kienet biex jaqsam l-Italja bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Italja. Hu kien kontra l-immigranti tal-ġilda skura, l-omosesswali u dawk il-persuni li kienu ġejjin minn-Nofsinhar ta’ l-Italja.

Hu ħalla warajħ il-mara u erbat itfal.