Futbol Sport

Manchester United miżmuma fil-Vitality Stadium

(Ritratt: Andrew Matthews/PA)

Manchester United tilfu opportunità li jsaħħu t-tielet post meta sfaw miżmuma minn Bournemouth fil-Vitality Stadium. Ir-Red Devils kienu fil-kontroll għal ħafna mil-logħba u anki kellhom vantaġġ ta’ 2-1 b’19-il minuta għal tmiem il-logħba. Madankollu l-karta ħamra ta’ Harry Maguire biddlet il-logħba għalkemm Manchester United irnexxielhom jassiguraw punt.

It-tim ta’ Michael Carrick mar fil-vantaġġ mas-siegħa logħob meta Cunha qabeż lil Jimenez fil-kaxxa u twaqqa’ fi-kaxxa. Inkariga s-solitu BRUNO FERNANDES li mill-11-il metru bagħat Dorde Petrovic in-naħa l-oħra tal-ballun.

Sitt minuti wara Bournemouth ġabu d-draw proprju wara li United appellaw għal penalty fuq Amad Diallo. Bournemouth attakkaw u kien RYAN CHRISTIE li b’xutt minn madwar 20 metru għeleb lil Senne Lammens b’xutt għar-rokna.

Manchester United reġgħu marru minn fuq fit-72 minuta bi free-kick ta’ Fernandes li ħoloq indeċiżjoni fil-kaxxa ta’ Bournemouth u kien James Hill li spiċċa xeħet fix-xibka tiegħu stess. Iżda Bournemouth ġabu d-draw fil-81 minuta. Evanilson twaqqa’ minn Maguire fil-kaxxa u ġie ġġudikat li ċaħħdu minn opportunità ċara ta’ skor. Penalty u karta ħamra għad-difensur Ingliż. Mill-penalty ELI JUNIOR KRUPI ma żbaljax.

Premier League

Illum: Bournemouth v Man United  2-2

Is-Sibt 21 ta’ Marzu: Brighton v Liverpool 1.30pm, Fulham v Burnley 4.00pm, Everton v Chelsea 6.30pm, Leeds v Brentford 9.00pm

Il-Ħadd 22 ta’ Marzu: Newcastle v Sunderland 1.00pm, Aston Villa v West Ham 3.15pm, Tottenham v Nottingham Forest 3.15pm