Lokali Qorti

Mixli b’pussess aggravat ta’ kokaina

Raġel ta’ 36 sena, residenti ż-Żejtun tressaq il-Qorti u ġie akkużat b’pussess aggravat ta’ droga kokaina. Huwa ġie akkużat ukoll li kiser tliet kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest imposti fuqu f’Mejju 2024, Diċembru 2024 u Mejju 2025.

L-Ispettur Kelsey Bugeja qal fil-Qorti li s-sejba tad-droga rriżultat minn investigazzjonijiet relatati ma’ reat ieħor, li fih kienet involuta wkoll persuna oħra.

Waqt li kien qed joqgħod fil-lukanda, saret tfittxija fuqu u allegatament wasslet biex tinstab sustanza bajda suspettata kokaina. L-ammont totali tad-droga misjuba ġie stmat għal madwar 41 gramma.

Fil-Qorti, l-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. F’dan l-istadju, ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.