Napoli kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Cagliari 1-0 fl-Unipol Domus. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal biss wara żewġ minuti u kien l-Iskoċċiż SCOTT MCTOMINAY li xeħet fix-xibka mill-qrib wara azzjoni konfuża. B’dan ir-riżultat, Napoli telgħu momentarjament fit-tieni post u tefgħu ftit pressjoni fuq Inter u Milan.
Udinese rritornaw għar-rebħ fil-kampjonat wara li fi Stadio Marassi għelbu lil Genoa 2-0. Fl-ewwel taqsima kienu Genoa li marru qrib li jiftħu l-iskor iżda laqtu l-lasta darbtejn permezz ta’ Ruslan Malinovskyi imbagħad mill-attakkant Lorenzo Colombo.
Fit-tieni taqsima, Genoa saħansitra kellhom penalty li ġie kkanċellat wara konsultazzjoni mal-VAR. Madankollu lejn nofs it-tieni taqsima Udinese fetħu l-iskor permezz ta’ JURGEN EKKELENKAMP li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Justin Bijlow wara li kien irċieva mingħand Nicolò Zaniolo. Lejn tmiem il-logħba, KEINAN DAVIS għalaq il-logħba.
Riżultati u Logħob li jmiss
Illum: Cagliari v Napoli 0-1, Genoa v Udinese 0-2
Is-Sibt 21 ta’ Marzu: Parma v Cremonese 3.00pm, Milan v Torino 6.00pm, Juventus v Sassuolo 8.45pm
Il-Ħadd 22 ta’ Marzu: Como v Pisa 12.30pm, Atalanta v Verona 3.00pm, Bologna v Lazio 3.00pm, Roma v Lecce 6.00pm, Fiorentina v Inter 8.45pm
//= $special ?>

