Joe M. Zahra
Eks Editur u Opinjonista
Li ħafna minnu jiġi l-Ewropa. Anqas irridu ninsew li minħabba l-attakki tal-Houti tal-Yemen – alleati tal-Iran, fuq bastimenti u tankers mgħobbija biż-żejt u l-gass flok jgħaddu mill-Golf ta’ Aden u l-Istrett ta’ Bab-el-Mandeb fi triqthom lejn il-Kanal tas-Swejz u l-Mediterran, qed jieħdu rotta itwal li toħodhom mal-Afrika t’Isfel. Rotta li tfisser bejn tliet u erba’ ġimgħat iktar biex jaslu l-Ewropa. U allura ħafna iktar
spejjeż. Minħabba l-inkwiet li qed joħolqu l-Houti l-bastimenti li jgħaddu mis- Swejz naqsu iktar min-nofs.
Fil-ħarġa tas-7 ta’ Marzu ta’ “The Economist” kien hemm artiklu twil dwar dan li qed iseħħ fil-Lvant Nofsani u kif jolqotna. Skont din il-kitba l-Fond Monetarju Internazzjonali jikkalkula li kull 10 fil-mija żieda fil-prezz ta’ barmil żejt jaqta’ żieda mill-Prodott Domestiku Gross (PDG) ta’ 0.15 fil-mija u jgħolli l-inflazzjoni b’0.4 fil-mija fis-sena ta’ wara. Hekk bi prezz ta’ $100 il-barmil il-PDG tad-dinja jonqos milli jiżdied b’0.4 fil-mija filwaqt li l-inflazzjoni tikber b’1.2 punti.
Fl-Ewropa il-qagħda hi agħar. Il-Bank Ċentrali Ewropew jemmen li 20 fil-mija żieda fil-prezz taż-żejt iżżid l-inflazzjoni b’0.4 fil-mija direttament u b’0.2 fil-mija indirettanment fi żmien tliet snin.
F’pajjIżna l-prezz taż-żejt hu kopert minn hedging agreements iżda mhux id-diesel. Sadattant ix-xokkijiet li qed jolqtu l-enerġija diġà għamlu ħerba mis-swieq tal-ishma li tilfu mijiet ta’ biljuni f’kapitalizazzjoni. F’ġurnata minnhom il-ġimgħa li għaddiet iż-żejt tela’ għal $120 biex iktar tard fl-istess jum niżel għal$85. Ċaqliqa fil-prezz li qatt ma rajna bħalha u li turi kemm is-sitwazzjoni hi fluwida.
Kriżi li tolqotna wkoll
Aħna m’aħniex immuni għal din il-kriżi. Bla dubbju l-ekonomija tagħna wkoll tintlaqat minnha. L-ekonomija Maltija hi waħda miftuħa u għalhekk kulma jseħħ madwarna u anke ‘il bogħod minnha jaffetwana. Min-naħa l-oħra s-suq tagħna hu wieħed żgħir u għalhekk l-impatt hu wieħed ikbar fejn jidħol tbaħħir peress li l-ispejjeż tat-tbaħħir f’xi każi anke kienu tliet darbiet iktar mill-prezz oriġinali tagħhom. Kollu riżultat taż-żieda fil-prezz taż-żejt, soprataxxi fuqbunkering u żieda fl-ispejjeż għall-emissjonijiet minħabba li r-rotta madwar l-Afrika hi ħafna itwal.
Nagħmlu żball meta nkejlu l-prezz tal-petrol f’pajjiżna ma’ dak ta’ pajjiżi Ewropej oħra. Għaliex jekk għandu jsir dan il-paragun ikollu jingħad ukoll kemm huma l-pagi fil-pajjiżi li magħhom inkunu qed inqabblu l-prezzijiet tagħna. Kollox relattiv. Anke l-prezz tal-petrol. Ma ninsewx li l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna hu iktar mnin dak medju fl-Unjoni Ewropea. Li l-ikel f’pajjiżna hu ogħlamhux biss mill-medja tal-UE iżda anke mir-rata tal-inflazzjoni f’pajjiżna. U mhux għola iktar minn hekk għaliex Gvern Nazzjonalista kien ħaseb biex ningħataw deroga dwar il-VAT fuq l-ikel. Droga li għandna biss aħna u l-Irlanda mis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea.
Il-kriżi fil-Lvant Nofsani qed toħloq kriżi fit-titjiriet fl-ajru li jkunu fi triqthom lejn il-Lvant Imbiegħed b’Dubai li hu hub għal-trasport bl-ajru bejn l-Ewropa u l- Lvant Imbiegħed u l Awstralja/New Zealand ma jiffunzjonax kif suppost. Qed toħloq eluf ta’ kanċellazzjonijiet ta’ titjiriet. Il-kriżi qed taffettwa wkoll it-trasport bit-trailers li jġorru merkanzija bejn il-kontinent Ewropew u Malta.
Diġá jidher li għandhom problema minħabba li n-nuqqas ta’ esportazzjoni qed twassal biex it-trailers jitilgħu l-Italja vojta biex imbagħad jitgħabbew u jinżlu lura Malta. Dan ifisser iktar spejjeż għal dawn il- kumpaniji. Spejjeż li minn x’imkien iridu jiġu. Iddur, iddur fl-aħħar mill-aħħar ż-żidiet kollha: trasport, assigurazzjoni, żieda fil-fjuwil, u tul ta’ żmien biex bastiment jasal mgħobbi, ser imorru fuq il-konsumatur. Żidiet li anke meta l-kriżi tiġi solvuta jirritorna kollox għan-normal minbarra l-prezzijiet li jkunu għolew!
Punt pożittiv
F’din il-kriżi ħareġ xi ħaġa pożittiv! Ħareġ li l-Unjoni Ewropea tgħin b’kull mezz lill-membri tagħha li jkunu mhedda. Dan rajnieh fil-każ ta’ Ċipru li kienu sparati lejh droni Iranjani. Minkejja li Ċipru bħalna hu pajjiż newtrali, immedjatament kien attakkat Franza, Spanja, l-Italja u l-Greċja bagħtu vapuri tal-gwerra biex iħarsu lil Ċipru minn iktar attakki. Ir-Renju Unit, li mhux fl-Unjoni Ewropea iżda li għandu bażi f’Ċipru, bagħat iktar ajruplani fil-bażi filwaqt li vapuri navali qegħdin fi triqthom lejn il-gżira. Sinjal li l-Unjoni Ewropea ma tħalli lil ħadd mill-membri tagħha jiġi attakkat mingħajr tweġiba.
Dan l-artiklu deher f’Il-Mument tal-Ħadd 15 ta’ Marzu, 2026.
//= $special ?>

