Is-sitwazzjoni li bħalissa qed jaffaċċja kull min ikun miexi fl-Imsida u jixtieq jgħaddi lejn Rue D’Argens ma hi xejn pjaċevoli
Filmati stess juru li kull min ikun nieżel minn Rue D’Argens u jixtieq jibqa’ miexi fuq il-bankina se jsib ruħu f’sitwazzjoni fejn jew jidħol fir-ristorant tal-ikel jew inkella jkollu jdur lura u jinżel fit-triq – bil-vetturi għaddejjin minn miegħu.
Minn naħa l-oħra, min nieżel bil-pass minn naħa tal-iskatepark u jixtieq jitla’ lejn Rue D’Argens ma jistax jagħmel dan lanqas. Hu wkoll ikollu jgħaddi mit-triq.

Apparti l-inkonvenjent, dan huwa ta’ periklu kbir, speċjalment fis-sigħat ta’ filgħaxija meta jonqos id-dawl u l-karozzi possibilment jgħaddu qrib in-nies. Iżda mhux biss – anke l-ħidma li hemm għaddejja fit-toroq tista’ tkun ta’ periklu għal dawk li jkunu mexjin, hekk kif m’hemmx biżżejjed ilqugħ.
U fin-nuqqas ta’ tabelli li jindikaw li m’hemmx aċċess għall-bankina jew li l-aċċess jintemm ħesrem, dehret evidenti l-frustrazzjoni ta’ dawk li kienu mexjin.
Dan apparti n-nuqqas ta’ aċċess inġenerali fiċ-ċentru tal-Imsida għal min ikun għaddej b’siġġu tar-roti, bil-pushchair, dawk persuni neqsin mid-dawl, u dawk b’diffikultà ta’ mobilità.
//= $special ?>

