Il-kowċ tal-Ingilterra Thomas Tuchel ħoloq sorpriża kbira meta sejjaħ lista ta’ 35 plejer għall-jiem ta’ taħriġ matul dan ix-xahar, bi preparazzjoni għal żewġ partiti ta’ ħbiberija li l-Ingilterra se tkun qed tillgħab kontra l-Urugwaj u l-Ġappun rispettivament,.
Fl-għażla proviżorja ta’ 35 plejer, Tuchel ħalla barra lil plejer ta’ Real Madrid, Trent Alexander-Arnold. L-eks kowċ ta’ Bayern Munich għażel lil Dan Burn ta’ Newcastle United u Djed Spence ta’ Tottenham Hotspur minflok l-eks plejer ta’ Liverpool.
Alexander-Arnold ilu barra mit-tim minn Novembru u kien weġġa’ f’Ottubru. Minkejja li hu regolari ma’ Real Madrid u wera forma tajba kontra Manchester City fil-UEFA Champions League, xorta waħda l-prestazzjoni tiegħu ma laħqitx l-aspettattivi tal-kowċ Ġermaniż.
Tuchel qal li d-deċiżjoni kienet sportiva u li jaf x’jista’ joffri l-plejer. Filwaqt li Harry Maguire reġa’ lura u Jude Bellingham jinsab fil-lista, ġew inklużi wkoll James Garner ta’ Everton u Jason Steele ta’ Brighton.
//= $special ?>

