Raġel ta’ 30 sena mill-Brażil, qed jiġi akkużat li darab gravi lis-sieħba tiegħu waqt argument li seħħ il-ġimgħa filgħodu fir-residenza tagħhom fil-Qrendi.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni spjegat li l-Pulizija ġew infurmati dwar inċident domestiku u, meta marru fl-indirizz tal-akkużat, sabu li kienet seħħet aggressjoni bejn kopja. L-allegata vittma ttieħdet l-sptar Mater Dei u kien l-akkużat stess li ċempel għall-għajnuna. Skont iċ-ċertifikati mediċi, kellha ġrieħi sejri f’għajnejha u u kellha ħafna dmija.
Il-Pulizija spjegaw li l-argument bejn il-koppja faqqa’ għall-ħabta tal-5am, wara suspett li l-vittma kienet bieset mara oħra. L-akkużat allegatament ordnalha biex titlaq mid-dar, iżda hi ma riditx.
Allegatament taha daqqa ta’ ponn fl-istonku, u hi qabdet flixkun tal-whiskey biex tbeżżgħu. Hu ħadulha minn idha u taha daqqa bih f’wiċċha. Id-difiża qalet li r-residenza fejn seħħ l-argument hija tar-raġel.
L-akkużat wieġeb mhux ħati, u ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.
//= $special ?>

