Lokali

Alex Borg jinsisti dwar viżjoni li tisfrutta l-kwalitajiet ta’ kulħadd

“Kulħadd għandu l-kwalitajiet tiegħu – Xogħli hu li nisfrutta dawn il-kwalitajiet għal viżjoni ġdida li għandu bżonn il-pajjiż.”

Kien dan is-sentiment tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, hekk kif kien qiegħed jiġi intervistat minn Andrew Azzopardi fuq Campus FM – fejn flimkien iddiskutew bosta suġġetti varji.

Il-Kap tal-PN Alex Borg beda’ billi tkellem fuq il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer u kif l-Għawdxin jaffaċjaw sfidi relatati ma din il-kwistjoni – b’Alex Borg jgħid li l-Gvern ħalla l-Għawdxin b’Vapuri li ilhom li saru minn żmien Gvern Nazzjonalista u vapur second-hand li ma jaqdix il-ħtiġijiet ta’ dawk li jużawh. Dan fost l-appell tiegħu sabiex niġbdu iktar kwalità lejn il-gżira.

Apparti min hekk Alex Borg ġie mistoqsi wkoll fuq kif il-Partit Nazzjonalista qed jipprepara għall-elezzjoni ġenerali li ġejja. Bil-Kap tal-PN jgħid li qed issir ħidma sfieqa fuq it-team ta’ kandidati li ser ikunu qed jikkandidaw ruħhom – dan sabiex il-PN jkun jista’ joffri Gvern b’saħħtu li jaħdem għall-interessi tan-nazzjon.

Dan apparti li semma’ wkoll il-proposta li ntlaqat tajjeb ħafna dwar tnaqqis fil-VAT, minn 18 fil-mija u 7%. – U spjega kif dan it-tnaqqis ser jistimula l-ekonomija, jkabbar l-investiment u jistabbilizza l-prezzijiet

Intant Alex Borg tkellem wkoll fuq l-aħħar Summit tal-EPP – fejn fost l-oħrajn semma’ kif mal-mexxejja Ewropej ddiskuta l-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tkun ta’ sostenn għall-pajjiżi tal-Mediterran – dan anke fil-fora politika li qed ngħixu fiha. Dan apparti li qal wkoll li tkellem fuq kif l-UE trid tkomplu tgħn fejn jidħlu prezzijiet tal-enerġija.

Meta mistoqsi dwar il-kwistjoni tal-abort, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li hu kontra li mara tintbat il-ħabs – madanakollu reġa’ afferma li hu totalment kontra l-abort u li l-ħajja tibda’ mill-konċepiment.

Alex Borg għalaq billi saħaq li l-Partit Nazzjonalista huwa lest għall-elezzjoni ġenerali – bi proposti ċari li lesti jbiddlu lil dan il-pajjiż, sabiex bi tmexxija serja, pajjiżna jagħmel il-pass li jmiss.