Sport Waterpolo

Il-perseveranza tippremja lil San Ġiljan, Sliema jirritornaw għar-rebħ u faċli għal Exiles

(Ritratt: Joseph Galea)

SIRENS BUILD FITNESS……… 14

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN… 16

(5-3), (4-5), (4-4), (1-4)

San Ġiljan MAA Daikin kellhom jitħabtu iżda finalment ħarġu rebbieħa u żammew il-quċċata għalihom biss għal ġimgħa oħra. Il-Ġiljaniżi qatt ma kienu fil-vantaġġ tul il-logħba b’eċċezzjoni tal-aħħar tliet minuti iżda meta marru minn fuq assiguraw li ma jitilfuhx.

Sirens kisbu vantaġġ doppju fil-bidu tal-logħba u żammew dan id-distakk sa tmiem is-sessjoni wara li wieġbu tliet darbiet wara l-gowls ta’ San Ġiljan. It-tim ta’ Giorgios Katsaounis għamel l-iskor indaqs tliet darbiet tul it-tieni sessjoni iżda l-gowl ta’ Isaiah Riolo daħħal lil Sirens jistrieħu 9-8.

Sirens immexxija minn Ranko Perovic, kellhom vantaġġ ta’ 11-9 fit-tielet sessjoni. San Ġiljan baqgħu jirreżistu u reġgħu ġabu d-draw darbtejn oħra. Din id-darba kien Zach Mizzi li skorja lejn tmiem is-sessjoni u ħalla lil Sirens 13-12 fil-vantaġġ.

Fl-aħħar sessjoni, il-logħba baqgħet karatterizzata minn botta u risposta. Kien tliet minuti mit-tmiem li Darren Zammit għamel l-iskor 15-14 u poġġa lil San Ġiljan fil-vantaġġ għall-ewwel darba. Nico Schiavone skorja anqas minn minuta wara b’San Ġiljan ikkontrollaw sat-tmiem.

Sirens: N. Grixti, P. Serracino, A. Galea (1), G. Pace (2), J. Zerafa Gregory (2), K. Agius (1), M. Ortoleva (1), I. Riolo (2), M. Mifsud (1), M. Sciberras, Z. Mizzi (4), A. Dimech, I. Schembri, N. Rafailovic

San Ġiljan: R. Kaszanyi, D. Bugeja, S. Cutajar, R. Caruana (2), M. Zammit (2), G. Bonavia, B. Plumpton (2), J. Abela (4), N. Zammit (2), D. Zammit (2), N. Schiavone (2), A. Muscat, L. Dimech

Referees: Alex de Raffaele, William Isaja

VALLETTA PEAK INSURANCE…. 8

SLIEMA TECHFINITY HUB……… 17

(1-4), (4-7), (2-4), (1-2)

Sliema Techfinity Hub irritornaw għar-rebħ wara t-telfa kontra San Ġiljan fost il-ġimgħa. Tliet punti li waslu mingħajr qatt ma kienu f’periklu li jitilfuhom hekk kif id-differenza bejn iż-żewġ timijiet kienet evidenti tul il-logħba.

Valletta kellhom vantaġġ bikri fil-bidu tal-logħba iżda sa nofs l-ewwel sessjoni Sliema kienu dawru l-iskor. Minn hemm bdew jibnu vantaġġ komdu b’5-1 mal-ftuħ tat-tieni sessjoni. Kien lejn nofs is-sessjoni li Sliema kabbru l-vantaġġ għal 8-3, distakk li Valletta ma setgħux jirkupraw minnu.

Dan il-vantaġġ kompla jissaħħaħ għal 15-6 fit-tieni parti tat-tielet sessjoni, bl-aħħar sessjoni sservi biss ta’ formalità u spazju għal diversi plejers li lagħbu anqas fil-logħba.

Valletta: A. Bugeja, G. Sammut (1), M. Carani, J. Sciberras (1), J. Colombo, A. Formosa, M. Zammit (1), D. Tully (3), K. Borg (1), K. Erdogan (1), M. Chircop, K. Cremona, G. Borg

Sliema: B. Busuttil, S. Busuttil (1), L. Galea (4), J. Abela Meli, J. Cassar (2), B. Cachia, G. Gatt (1), D. Rizzo, E. Schembri (4), J. Cachia (1), J. Chircop (1), D. Zammit, Z. Dzanovic, S. Engerer (3)

Referees: Ronnie Spiteri, Sander Gransjean

TA’ XBIEX AMIGOS…………. 7

EXILES WELBEE’S…………… 16

(2-4), (1-4), (0-5), (4-3)

Exiles Welbee’s wieġbu għar-rebħa ta’ Marsaskala u baqgħu jsegwuhom fl-Ewwel Diviżjoni. It-tliet punti għal Exiles waslu mingħajr wisq diffikultà hekk kif żiedu l-vantaġġ gradwalment, b’Ta’ Xbiex ftit offrew sfida. Fl-ewwel sessjoni Ta’ Xbiex żammew ftit mal-avversarji iżda Exiles ħadu l-kontroll tal-logħba fit-tieni sessjoni u wessgħu d-distakk għal 8-2 b’Vito Figliomeni naqqas id-distakk.

Exiles iddominaw it-tielet sessjoni b’ħames gowls mingħajr risposta wara gowls ta’ Matteo Martellacci, Kurt Griscti, Nathan Bonavia u doppjetta ta’ Keith Tanti. L-uniku konsolazzjoni għal Ta’ Xbiex fil-logħba kienet li rebħu l-aħħar sessjoni u evitaw telfa b’distakk akbar.

Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia (1), V. Figliomeni (3), J. Dimech, Z. Campbell, R. Greco (1), N. Mallia Castillo, J. Zammit, Z. Bartolo, C. Busuttil, Z. Attard, R. Spiteri (2)

Exiles: A. Borg Cole, G. Schembri (1), T. Agius (1), D. Pace Lupi (3), M. Martellacci (1), M. Naudi (1), M. Fenech, K. Griscti (2), F. Scardino (1), K. Tanti (4), K. Navarro, N. Bonavia (2), M. Brimmer, M. Paris Roding

Referees: Juana Cauchi, Sander Gransjean

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu: Marsaxlokk v Ta’ Xbiex 6.15pm, Exiles v Marsaskala 7.25pm, Sliema v Birżebbuġa 8.35pm

Is-Sibt 28 ta’ Marzu: Otters v Barracudas 3.00pm, San Ġiljan v Valletta 4.10pm, Neptunes v Sirens 5.20pm